Għada l-ħruġ min-Niċċa tal-Bambina fin-Naxxar – Programm speċjali li jfakkar it-300 sena tal-vara titulari

Fl-okkażjoni tat-300 anniversarju tal-wasla fost in-Naxxarin tal-istatwa titulari ta’ Marija Bambina, il-Kolleġġjata tan-Naxxar se tkun qed torganizza programm speċjali fil-pjazza, li fih se jieħdu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-lokal, il-Banda Peace u l-Banda Vittorja. L-Arċipriet, il-Kanonku Dun David Gauci, ħabbar il-programm li se jibda fis-6:30 ta’ filgħaxija b’quddiesa kantata u bl-omelija. Fis-7:00 p.m. jibda marċ…

Meta l-Maltin ġġieldu għal-libertà u l-mistieden sar il-ħakkiem

Minn popolazzjoni ta’ ftit aktar minn 110,000 ruħ fl-1800, hu stmat li sa 20,000 Malti mietu bejn l-1798 u l-1800 fil-ġlieda biex il-poplu jeħles mill-ħakma tal-Imperu Franċiż. Dan ifisser li mietu aktar Maltin mit-total ta’ dawk li tilfu ħajjithom fl-Assedju l-Kbir tal-1565, li kien madwar 7,000, u fit-Tieni Gwerra Dinjija bejn l-1940 u l-1942, li…

492 sena mill-mewt tal-Gran Mastru L’Isle Adam fir-Rabat

492 sena ilu, eżattament nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu 1534, miet il-Gran Mastru Fra Philippe Villiers de L’Isle Adam, f’waħda miċ-ċelel tal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri fir-Rabat. Il-Gran Mastru L’Isle Adam, li kien l-ewwel Gran Mastru li mexxa lill-Ordni tal-Kavallieri f’Malta wara l-wasla tagħhom fl-1530, baqa’ marbut mal-komunità Ġużeppina tar-Rabat. Dan minħabba l-għajnuna u l-benefiċċji li…

Il-Ħnejja ta’ Kemmuna: 248 sena ta’ storja li spiċċat fil-baħar

Il-Ħnejja ta’ Taħt it-Trinċiera, magħrufa wkoll bħala ‘The Kissing Elephants Arch’, f’Kemmuna waqgħet 248 sena wara li l-artist Svizzeru Louis Ducros pinġa din il-veduta f’Ġunju tal-1778. Fl-istess inċident traġiku, nhar is-27 ta’ Ġunju 2026, żagħżugħ turist tilef ħajtu meta parti mill-blat waqgħet fuqu għall-ħabta tas-7.30pm waqt li kien għaddej minn taħtha bil-jet ski. Turist ieħor…

Pedestall vojt għal nazzjon li għadu jfittex lil min għandu jqiegħed fuqu

Il-monumenti li nagħżlu li nagħmlu jgħidu ħafna dwar kif inħarsu lejn pajjiżna, lejn l-istorja tagħna u, fuq kollox, lejn il-kuxjenza nazzjonali tagħna. F’riflessjoni li tqajjem diversi mistoqsijiet, l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo jagħmel referenza għall-monument li fit-18 ta’ Lulju ġie żvelat f’Raħal Ġdid lill-Granmastru Antoine de Paule, li mexxa l-Ordni bejn l-1623 u l-1636.…

Il-Ħelu tal-Festi: Wirt Għarbi li Għadu Ħaj f’Malta

Skont ir-riċerkatur Evarist Bartolo, ħafna mill-ħelu tradizzjonali li għadna ngawdu sal-lum, bħall-kannoli, il-qubbajt, il-granita u l-marżpan, ma nħolqux lokalment iżda waslu fil-gżejjer tagħna permezz tal-influwenza Għarbija li nfirxet fi Sqallija bejn is-snin 827 u 1091. Flimkien ma’ dawn it-tradizzjonijiet kulinarji, l-Għarab introduċew ukoll prodotti agrikoli ġodda bħall-kannamieli, il-larinġ, il-lumi, il-ġunġlien, diversi ħwawar u l-użu tal-lewż…

Bejn il-Faqar u l-Iffullar: Kif Kienu Jgħixu l-Maltin fil-Bidu tas-Seklu Għoxrin

Fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-ħajja ta’ ħafna Maltin kienet waħda ta’ faqar, iffullar u kundizzjonijiet diffiċli. Eluf ta’ familji kienu jgħixu f’kamra waħda biss, ħafna drabi b’numru kbir ta’ persuni jgħixu taħt saqaf wieħed. F’żoni urbani bħall-Belt Valletta u l-Furjana, il-problema tal-iffullar kienet partikolarment serja, b’familji sħaħ jgħixu f’kundizzjonijiet li llum diffiċli nimmaġinawhom. Anke fl-irħula, il-qagħda…

Meta l-Ġid ikun Artifiċjali – ħarsa storika minn Evarist Bartolo

Bejn l-1903 u l-1906 Malta għaddiet minn perjodu li ħafna kienu jqisuh bħala żmien tad-deheb. Kien hemm xogħol kemm trid, il-pagi kważi rduppjaw u tant kienet kbira d-domanda għall-ħaddiema li kellhom jinġiebu nies minn Spanja, mill-Italja u mill-Afrika biex jgħinu fix-xogħlijiet li kienu għaddejjin. F’dawk is-snin kienu qed jitwettqu proġetti kbar marbuta mal-preżenza militari Brittanika…

Il-Ġmiel tal-Kolleġġjata tan-Naxxar Żvelat f’Pubblikazzjoni Ġdida

Nhar il-Ġimgħa li għadda, fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar, ġie mniedi uffiċjalment il-ktieb “Il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tan-Naxxar – Fi Żmien il-Festa”, pubblikazzjoni miktuba mill-Eċċellenza Tiegħu Ambaxxatur ta’ Malta għan-Namibja u President tar-Reġjun Tramuntana, Clifford Galea, li wkoll iffinanzja l-pubblikazzjoni minn fondi personali bħala ġest ta’ mħabba lejn il-parroċċa u l-komunità Naxxarija. Dan il-ktieb, li…

Frammenti żgħar li jirrakkontaw stejjer kbar mit-Teatru Manoel

It-Teatru Manoel fil-Belt Valletta, mibni fl-1731 taħt il-patroċinju tal-Gran Mastru António Manoel de Vilhena, huwa magħruf għall-istorja rikka tiegħu u għall-produzzjonijiet artistiċi li ospita matul is-snin. Madankollu, kultant huma l-iżgħar skoperti arkeoloġiċi li jagħtuna l-aktar tagħrif interessanti dwar il-ħajja ta’ kuljum ta’ dawk li kienu jżuru dan it-teatru storiku. Fost dawn l-iskoperti hemm numru ta’…