Bil-Mużika: Fjakkoli, Imsiebaħ Taż-Żejt, Daqq Folkloristiku U Ikel Malti… Viva L-Imnarja

Illum 29 ta’ Ġunju huwa Jum l-Imnarja; kelma Latina li ġejja minn illuminaria li tfisser mixegħla. Dan hekk kif fl-imgħoddi fil-lejl ta’ 28 għat-29 ta’ Ġunju kienu jinxtegħlu ammonti kbar ta’ fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt u ħġejjeġ. Dan kollu kien iqajjem atmosfera mill-isbaħ. Ma ninsewx li dan kien ta’ gost kbir fiż-żmien li kienet bdiet din…

Prova Jgħum Ukoll Bejn Sqallija U Malta Iżda…

Hekk kif is-suċċess li kiseb Neil Agius li għam minn Ragusa fi Sqallija lejn Malta fi ftit aktar minn 28 siegħa, għadu jidwi, ħsibna wkoll f’għawwiem ieħor leġġendarju Malti; Turu Rizzo. Tant kien famuż li saret ukoll ċajta li meta t-tfal kienu jibdew jitgħallmu jgħumu, il-ġenituri kienu jgħidulhom ‘ejja diġà qisek Turu Rizzo! Turu Rizzo…

Bil-Filmat: Film Ġdid B’Atturi Magħrufa Internazzjonali Dwar Il-Ġlieda tal-Maltin Tal-1919

Just Noise huwa l-film il-ġdid li se jkun qed jintwera aktar ‘il quddiem dwar il-ġlieda tal-Maltin għall-Indipendenza mill-Ingilterra li tista’ tgħid bdiet fl-1919 permezz tal-irvellijiet tas-Sette Giugno. Inġibed f’Malta u fih jieħdu sehem atturi kemm lokali bħal Godwin Scerri u Marc Cabourdin u oħrajn bħal Benedick Blight, Ian Virgo u saħansitra Harvey Keitel (innominat għal…

Ritratt Esklussiv Tal-Prinċipessa Eliżabetta F’Malta Li Għadu Qatt Ma Deher Imkien

Ritratt li fih preġġju kbir għal bosta raġunijiet. L-ewwelnett għaliex issa għandu ż-żmien. It-tieni, fih naraw lill-Prinċipessa Eliżabetta ssellem il-memorja ta’ dawk mejta fl-ewwel u fit-tieni Gwerra Dinjija quddiem il-‘war memorial’ tal-Furjana viċin il-bidu tal-Belt Valletta. (Il-war memorial kien sar fi żmien il-Gvernatur Charles Bonham Carter fil-11 ta’ Novembru tal-1938 iżda fl-1949 kien reġa’ ġie…

Bil-Filmat: “Ejja Ngħinu Lil Xulxin Biex Inkunu Kuntenti” – L-Isqof Elett T’Għawdex

Fl-ewwel messaġġ tiegħu b’mod virtwali, l-Isqof Elett tal-gżira Għawdxija wassal messaġġ ta’ tama u pożittività fejn appella biex ngħinu lil xulxin inkunu kuntenti. “B’hekk inkunu sinjuri…” tenna l-Isqof, il-Monsinjur Anton Teuma. L-għan tiegħu huwa li nimxu flimkien, mhux wieħed quddiem u wieħed wara iżda flimkien lejn l-hena, lejn il-persuna ta’ Ġesù. Hekk qal l-Isqof Teuma…

Qatt Rajthom L-Ewwel Raġġi Tax-Xemx Li Jimmarkaw Il-Bidu Tas-Sajf?

Jissejjaħ Is-Solstizju tas-Sajf. Huwa fenomenu pre-istoriku. Mat-tlugħ ix-xemx fl-ewwel jum tas-Sajf, jiġifieri fil-21 ta’ Ġunju, l-ewwel raġġi li jitilgħu jimmarkaw raġġi f’linja perfetta lluminata mix-xemx fuq il-ħaġar megalitiku. Għalkemm mhux magħruf dan sarx b’mod intenzjonat, aktarx li huwa hekk, tant kemm hemm preċiżjoni f’dak li jiġri. Donnu arloġġ li jimmarka l-bidla tal-istaġuni. Fenomenu li jiġri…

Bil-Filmat: L-Ewwel Attakki Fuq Malta Mill-Italja Wara Li Mussolini Ddikjara Li Daħlu Fil-Gwerra

Kien propju bħal-lum 11 ta’ Ġunju tal-1940; eżatt 80 sena ilu meta Malta sfat attakkata għall-ewwel darba mill-ajru mill-qawwa Taljana f’dik li kienet faqqgħet bħala t-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-Filmat id-dittatur Taljan Benito Mussolini jidher jiddikjara li l-Italja daħlet fil-gwerra quddiem folol kbar ta’ nies li bdew jifirħu mal-kliem imqanqal li beda jgħid biex jgħolli l-moral…

Bħal-Lum 3 Xhur Niċċelebraw Jum Il-Vitorja… L-Ewwel Sajf Malti Bla Festi!

Illum it-8 ta’ Ġunju 2020 jimmarka bidu ta’ ġimgħa ġdida għal pajjiżna fejn 3 ijiem ilu rajna t-tneħħija tal-miżuri li kienu mposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 għal 3 xhur sħaħ. Nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa tajjeb waqt din l-imxija li affettwat lil kulħadd. Iżda rridu ngħidu wkoll li din in-normalità li qed ngħixu hija differenti u…

Bħal-Lum 101 Sena Ilu L-Poplu Malti Kien Qed Jipprepara Biex Għada Jidħol Il-Belt Jipprotesta…

Kos hux?! Is-Sette Giugno hija ġrajja storika li ġrat 101 sena ilu. Mur għidilhom lil dawk in-nies kif se tinbidel Malta f’100 sena. U għax tgħid, biex niċċajtaw inħobbu ngħidu l-frażi ‘Mitt sena oħra ma nkunux hawn!” Mingħajr ma ġieli nirrealizzaw, dak li qed nagħmlu issa se jħalli mpatt fuq il-futur u fuq il-ġenerazzjonijiet li…

Bil-Filmat: Lura Għan-Normal… Ħriġtu Lil Malta Bl-Unuri!

Illum il- 5 ta’ Ġunju 2020; il-jum li fiha ser immorru lura għan-normal; forsi normal differenti imma ħafna aħjar minn dak ta’ ftit jiem ilu fejn it-tensjoni kienet evidenti fost kulħadd. Din hija l-kanzunetta Viva Malta li ġiet interpretata minn diversi personalitajiet lokali. Kanzunetta li toħroġ mill-qalb u li tħabbat fil-qlub. Awguri lill-poplu kollu kif…