Jinfetaħ Sptar Għan-Nisa B’Fondi Minn Mara Taljana

Il-Kavallieri ma kellhomx sptar għan-nisa!   Il-Kavallieri nafu li primarjament qabel ma kienu suldati tal-battalji, kienu ospidalieri. Dan ifisser li kienu jagħtu servizz medikali b’attenzjoni speċjali fuq kwarantini, ferimenti u dak kollu li kien jinqala’. Fl-1654, it-tabib Malti Nicolò Saura waqqaf l-isptar San Nikola. Dan it-tabib kien ħalla ġidu kollu għall-isptar kif għamlet bħalu bintu,…

Fejn Saru L-ewwel Purċissjonijiet Tal-Ġimgħa L-Kbira f’Pajjiżna?!

Għeruq sew fl-istorja tagħna!   Forsi naraw il-vari tal-Ġimgħa Mqaddsa u nistaqsu: Imma kif bdiet din it-tradizzjoni u meta? L-ewwel purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta bdew fis-seklu 17. Kienu bdew fiż-żewġ knejjes tal-Franġiskani Minuri tar-Rabat u tal-Belt Valletta. Wara, bdew isiru fil-Kottonera. L-aktar purċissjoni antika f’Għawdex hija dik tal-Bażilika ta’ San Ġorġ li bdiet fil-bidu…

Jista’ Jkun Li Dan Huwa L-Aktar Marċ Funebru Maħbub?!

Marċ li jdaħħalna fl-ispritu… imma jmissilna qalbna tassew?!   Ingħatat bidu l-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2020. Ġimgħa Mqaddsa b’differenza fejn jekk naħsbu ftit, bosta qed isofru. Kemm minħabba l-mard bil-COVID-19 u s-sitwazzjoni izda mhux biss. Għalkemm ejja ma ninsewx id-dulur li għaddej kontinwament f’bosta nies umani; min b’ħaġa, min b’oħra. Min tilef lil xi ħadd intortament,…

Titħabbar Il-Curfew!!! Kulħadd Irid Ikun Ġewwa Sat-8pm

Kien ‘lockdown’ iżjed ħarex!   Illum qed jissejjaħ ‘lockdown’ imma aktar minn 200 sena ilu; eżattament fl-1813 kien jisejjaħ ‘Curfew’. Curfew kien ħin stipulat mill-awtoritajiet ta’ dak iż-żmien, jiġifieri l-Ingliżi f’Malta fejn il-poplu kellu jkun ġo daru. Kienu jsiru rondi apposta mis-suldati u jekk jinqabad xi ħadd barra kien jittella’ quddiem il-Gvernatur għal tbeżbiża. Il-Pesta…

100 Sena Ilu Saret Talba Mis-Sengleani…X’Kienet?

Xi jfisser dan kollu llum?! Il-31 ta’ Marzu 1920 hija data importanti għas-Sengleani kif ukoll għall-Knisja f’Malta. Kien dakinhar li Mons. Mauro Caruana Arcisqof ta’ Malta bagħat is-supplika sabiex ix-xbieha devota ta’ Marija Bambina tiġi nkurunata. Għalhekk din is-sena qed infakkru l-100 sena minn meta saret din it-talba b’mod uffiċċjali lill-Papa Benedittu XV. Ritratt: Facebook/…

Dan Ħelsien?!

Ħelsien Ġdid! Kien propju 41 sena ilu; il-31 ta’ Marzu tal-1979 meta fil-Birgu tniżżlet il-bandiera Ingliża u flokha telgħet dik Maltija. Il-bajda u ħamra…storja ta’ poplu. Ġrajjiet sbieħ u oħra inqas memorabbli. Kos hux?! Min qatt kellu jgħidilna x’kellu jiġri fl-2020. Min qatt kellu jgħidilna li l-ħelsien li kważi kull nazzjon jiġġieled għalih ser jittrasforma…

Meta f’Malta Kien Hawn Pandemija Oħra!

L-aktar affettwati dawk ta’ bejn l-20 u l-40 sena Mitt sena ilu f’Malta kien rappurtat l-ewwel każ tal-influwenza Spanjola – pandemija li f’Malta ħalliet mal-elf vittma. Antropologi Kanadiżi għamlu diversi snin jagħmlu riċerka dwar l-influwenza Spanjola u skoprew li Għawdex kellu rata ferm ogħla ta’ każijiet u mwiet minn Malta. Huma rnexxielhom ukoll jidentifikaw ukoll…