Sparaw Irjus Tal-Ottomani Lejn In-Naħa L-Oħra Tal-Port

Hekk hi l-kelma li tgħid meta tirreferi għal din il-ġrajja storika. Malli l-Forti Sant’Iermu spiċċa ntilef fit-23 ta’ Ġunju tal-1565 u waqa’ f’idejn it-Torok, l-Ottomani qabdu u qatlu lil dawk li kien baqa’ ħajjin; sammruhom mat-tavli u fallakki tal-injam u bagħtuhom lejn in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir. Dan għamluh biex jiddimoralizzaw lill-Maltin u lill-Ordni. Imma l-Maltin…

Bil-Filmat: Il-Maltin Kienu Jġibu S-Silġ U L-Prostituti Minn Sqallija…

Il-Malti jħobb jiekol…spiss nisimgħuha! Imma qatt kont taf kif ġie impurtat ċertu ikel, il-metodi tat-tisjir, riċetti antiki, ingredjenti u aktar?! Episodji interessanti mmens bi produzzjoni u preżentazzjoni tal-istoriku Liam Gauci bl-isem ta’ Taste History. F’dan l-episodju li se ssibu ma’ dan l-artiklu, taraw kif is-silġ kien impurtat f’pajjiżna, sekli ilu, fejn anke kienu jagħmlu ‘sorbet’…

Bil-Filmat: Esploraw Il-Mużewijiet Li Għandna F’Pajjiżna Taħt Il-Baħar!

Għalina Heritage Malta ħaqqhom kull tifħir. Dejjem għaddejjin bil-ħidma tagħhom kemm f’dik li hija kura tal-wirt li għandna, kif ukoll f’dik li hija ħolqien ta’ metodi ġodda kif il-pubbliku jista’ jitgħallem aktar u jiskopri pajjiżna x’joffri. B’tim eċċezzjonali ta’ bugħaddasa lokali u internazzjonali, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, ittieħdu filmati u ritratti ta’ dak…

Qdumijiet Interessanti Fin-Naxxar… Qatt Kontu Tafu Bihom?

Qatt kontu tafu kemm insibu qdumijiet fin-Naxxar? Fuq il-paġna tal-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari ttellgħet informazzjoni interessanti li ħsibna li huwa tajjeb naqsmuha magħkom il-qarrejja tagħna. Qdumijiet hija kelma li tirreferi għall-wirt, fdalijiet, evidenzi passati antiki ħafna. Fil-fatt, għal dawk li huma qdumijiet preistoriċi fin-Naxxar inisbu bil-bosta. Hemm it-tempju Neolitiku tal-Qadi fin-naħa ta’ Burmarrad fejn instabet il-ġebla…

Bil-Mużika: Fjakkoli, Imsiebaħ Taż-Żejt, Daqq Folkloristiku U Ikel Malti… Viva L-Imnarja

Illum 29 ta’ Ġunju huwa Jum l-Imnarja; kelma Latina li ġejja minn illuminaria li tfisser mixegħla. Dan hekk kif fl-imgħoddi fil-lejl ta’ 28 għat-29 ta’ Ġunju kienu jinxtegħlu ammonti kbar ta’ fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt u ħġejjeġ. Dan kollu kien iqajjem atmosfera mill-isbaħ. Ma ninsewx li dan kien ta’ gost kbir fiż-żmien li kienet bdiet din…

Prova Jgħum Ukoll Bejn Sqallija U Malta Iżda…

Hekk kif is-suċċess li kiseb Neil Agius li għam minn Ragusa fi Sqallija lejn Malta fi ftit aktar minn 28 siegħa, għadu jidwi, ħsibna wkoll f’għawwiem ieħor leġġendarju Malti; Turu Rizzo. Tant kien famuż li saret ukoll ċajta li meta t-tfal kienu jibdew jitgħallmu jgħumu, il-ġenituri kienu jgħidulhom ‘ejja diġà qisek Turu Rizzo! Turu Rizzo…

Bil-Filmat: Film Ġdid B’Atturi Magħrufa Internazzjonali Dwar Il-Ġlieda tal-Maltin Tal-1919

Just Noise huwa l-film il-ġdid li se jkun qed jintwera aktar ‘il quddiem dwar il-ġlieda tal-Maltin għall-Indipendenza mill-Ingilterra li tista’ tgħid bdiet fl-1919 permezz tal-irvellijiet tas-Sette Giugno. Inġibed f’Malta u fih jieħdu sehem atturi kemm lokali bħal Godwin Scerri u Marc Cabourdin u oħrajn bħal Benedick Blight, Ian Virgo u saħansitra Harvey Keitel (innominat għal…

Ritratt Esklussiv Tal-Prinċipessa Eliżabetta F’Malta Li Għadu Qatt Ma Deher Imkien

Ritratt li fih preġġju kbir għal bosta raġunijiet. L-ewwelnett għaliex issa għandu ż-żmien. It-tieni, fih naraw lill-Prinċipessa Eliżabetta ssellem il-memorja ta’ dawk mejta fl-ewwel u fit-tieni Gwerra Dinjija quddiem il-‘war memorial’ tal-Furjana viċin il-bidu tal-Belt Valletta. (Il-war memorial kien sar fi żmien il-Gvernatur Charles Bonham Carter fil-11 ta’ Novembru tal-1938 iżda fl-1949 kien reġa’ ġie…

Bil-Filmat: “Ejja Ngħinu Lil Xulxin Biex Inkunu Kuntenti” – L-Isqof Elett T’Għawdex

Fl-ewwel messaġġ tiegħu b’mod virtwali, l-Isqof Elett tal-gżira Għawdxija wassal messaġġ ta’ tama u pożittività fejn appella biex ngħinu lil xulxin inkunu kuntenti. “B’hekk inkunu sinjuri…” tenna l-Isqof, il-Monsinjur Anton Teuma. L-għan tiegħu huwa li nimxu flimkien, mhux wieħed quddiem u wieħed wara iżda flimkien lejn l-hena, lejn il-persuna ta’ Ġesù. Hekk qal l-Isqof Teuma…

Qatt Rajthom L-Ewwel Raġġi Tax-Xemx Li Jimmarkaw Il-Bidu Tas-Sajf?

Jissejjaħ Is-Solstizju tas-Sajf. Huwa fenomenu pre-istoriku. Mat-tlugħ ix-xemx fl-ewwel jum tas-Sajf, jiġifieri fil-21 ta’ Ġunju, l-ewwel raġġi li jitilgħu jimmarkaw raġġi f’linja perfetta lluminata mix-xemx fuq il-ħaġar megalitiku. Għalkemm mhux magħruf dan sarx b’mod intenzjonat, aktarx li huwa hekk, tant kemm hemm preċiżjoni f’dak li jiġri. Donnu arloġġ li jimmarka l-bidla tal-istaġuni. Fenomenu li jiġri…