Għada l-ħruġ min-Niċċa tal-Bambina fin-Naxxar – Programm speċjali li jfakkar it-300 sena tal-vara titulari

Fl-okkażjoni tat-300 anniversarju tal-wasla fost in-Naxxarin tal-istatwa titulari ta’ Marija Bambina, il-Kolleġġjata tan-Naxxar se tkun qed torganizza programm speċjali fil-pjazza, li fih se jieħdu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-lokal, il-Banda Peace u l-Banda Vittorja. L-Arċipriet, il-Kanonku Dun David Gauci, ħabbar il-programm li se jibda fis-6:30 ta’ filgħaxija b’quddiesa kantata u bl-omelija. Fis-7:00 p.m. jibda marċ…

Imħabbra r-riżultati tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti u l-Iskema l-ġdida ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

Tnejn u tletin proġett artistiku u teatrali se jibbenefikaw minn investiment ta’ €1.24 miljun permezz taż-żewġ skemi ta’ finanzjament tal-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, amministrati mill-Kunsill Malti għall-Arti. Minn dawn, 23 applikant se jirċievu total ta’ €800,000 permezz tal-Iskema tal-Appoġġ għall-Arti, filwaqt li disa’ applikanti oħra se jingħataw €440,000 permezz tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet…

€12.8 miljun f’investiment dirett fil-komunitajiet madwar Malta

€12.8 miljun f’investiment dirett fil-komunitajiet madwar Malta permezz ta’ ftehim ġdid bejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsilli Lokali kollha. Dan l-investiment, mifrux fuq sentejn, se jippermetti li jitwettqu aktar proġetti li jindirizzaw il-ħtiġijiet konkreti tal-lokalitajiet tagħna, fosthom xogħlijiet ta’ manutenzjoni, titjib fl-aċċessibbiltà, spazji pubbliċi u interventi oħra li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Permezz tal-ftehim il-ġdid,…

Proġetti Maltin tal-arti performattiva jispikkaw f’avveniment f’Edinburgh

Prattikanti Maltin tal-arti performattiva kellhom l-opportunità jippreżentaw il-proġetti tagħhom lil professjonisti internazzjonali waqt avveniment ta’ pitching li sar f’Edinburgh, fl-Iskozja, fil-qafas tal-Fringe Festival. L-attività kienet parti minn programm ta’ żvilupp professjonali ta’ 18-il xahar tal-Kunsill Malti għall-Arti, immirat biex iħejji artisti u prattikanti Maltin għall-opportunitajiet ta’ touring internazzjonali. Waqt iż-żjara tagħhom f’Edinburgh, il-parteċipanti setgħu japplikaw…

Rockestra 2026 se tfakkar lill-Maestro Aurelio Belli bit-tema ‘What a Wonderful World’

L-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena, li se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru b’risq il-Malta Community Chest Fund, se tkun iddedikata lill-memorja tal-Maestro Aurelio Belli, li għal snin twal kien wieħed mill-muturi ewlenin wara dan l-ispettaklu. It-tema magħżula għal din l-edizzjoni hija ‘What a Wonderful World’, li kienet ukoll il-kanzunetta favorita tal-Maestro Belli. Il-familja…

Fadal l-aħħar jiem biex tibgħat in-nomina tiegħek għall-Premju għall-Arti 2026

In-nomini għall-premjijiet annwali tal-Kunsill Malti għall-Arti jagħlqu fl-1 ta’ Settembru f’nofsinhar Fadal biss ftit jiem biex jitressqu n-nomini għall-Premju għall-Arti 2026, bil-perjodu tan-nomini jagħlaq fl-1 ta’ Settembru f’nofsinhar. Il-Premju għall-Arti, organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti, huwa ċelebrazzjoni annwali tal-eċċellenza, l-innovazzjoni u s-suċċessi fis-setturi kulturali u kreattivi. Din hija l-aħħar opportunità għall-artisti, il-prattikanti kreattivi, l-organizzazzjonijiet, il-produtturi, l-entitajiet…

Il-Karnival tas-Sajf 2026 jirritorna f’Buġibba u Wied il-Għajn bi 15-il karru

Il-Karnival tas-Sajf se jerġa’ jġib il-kulur, iż-żfin, il-mużika u l-atmosfera unika tal-Karnival Malti f’Buġibba u Wied il-Għajn bejn il-21 u t-23 ta’ Awwissu, għal tliet serati ta’ divertiment għall-familja kollha. L-edizzjoni ta’ din is-sena, organizzata minn Festivals Malta b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u Marsaskala, se tinkludi 15-il karru tal-Karnival, flimkien ma’ diversi…

Sar tisbiħ f’madwar 10 kilometri ta’ spazji pubbliċi f’22 lokalità

Matul l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena saru mijiet ta’ interventi ta’ manutenzjoni, tisbiħ u riġenerazzjoni f’madwar 10 kilometri ta’ spazji pubbliċi f’22 lokalità madwar Malta, permezz tal-ħidma tal-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi. L-interventi għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ispazji pubbliċi u jagħmluhom aktar nodfa, siguri, aċċessibbli u akkoljenti kemm għar-residenti kif ukoll għall-viżitaturi. Dan…

Il-Lejla ta’ Santa Marija

Illum, 14 ta’ Awwissu, hija l-lejla ta’ Santa Marija; lejlet waħda mill-aktar festi għeżież għall-Maltin u l-Għawdxin, festa li kull sena timla l-irħula tagħna b’atmosfera unika ta’ tradizzjoni, devozzjoni u ferħ. Santa Marija mhijiex biss festa reliġjuża. Għal ħafna minna hija parti mill-memorja u l-identità tagħna. Hija l-festa tal-familja, tal-laqgħat mal-ħbieb, tal-baned, tal-marċi, tal-logħob tan-nar…

Pedestall vojt għal nazzjon li għadu jfittex lil min għandu jqiegħed fuqu

Il-monumenti li nagħżlu li nagħmlu jgħidu ħafna dwar kif inħarsu lejn pajjiżna, lejn l-istorja tagħna u, fuq kollox, lejn il-kuxjenza nazzjonali tagħna. F’riflessjoni li tqajjem diversi mistoqsijiet, l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo jagħmel referenza għall-monument li fit-18 ta’ Lulju ġie żvelat f’Raħal Ġdid lill-Granmastru Antoine de Paule, li mexxa l-Ordni bejn l-1623 u l-1636.…