Bil-Mużika: Fjakkoli, Imsiebaħ Taż-Żejt, Daqq Folkloristiku U Ikel Malti… Viva L-Imnarja

Illum 29 ta’ Ġunju huwa Jum l-Imnarja; kelma Latina li ġejja minn illuminaria li tfisser mixegħla. Dan hekk kif fl-imgħoddi fil-lejl ta’ 28 għat-29 ta’ Ġunju kienu jinxtegħlu ammonti kbar ta’ fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt u ħġejjeġ. Dan kollu kien iqajjem atmosfera mill-isbaħ. Ma ninsewx li dan kien ta’ gost kbir fiż-żmien li kienet bdiet din…

Prova Jgħum Ukoll Bejn Sqallija U Malta Iżda…

Hekk kif is-suċċess li kiseb Neil Agius li għam minn Ragusa fi Sqallija lejn Malta fi ftit aktar minn 28 siegħa, għadu jidwi, ħsibna wkoll f’għawwiem ieħor leġġendarju Malti; Turu Rizzo. Tant kien famuż li saret ukoll ċajta li meta t-tfal kienu jibdew jitgħallmu jgħumu, il-ġenituri kienu jgħidulhom ‘ejja diġà qisek Turu Rizzo! Turu Rizzo…

Minflok Pjazza Reġina Kien Hemm Maħsub Ġnien Tal-Palazz…

Il-Kuratur Anzjan tal-Palazz tal-Granmastru Emanuel Magro Conti qal waqt intervista fuq TVM li kien hemm maħsub ġnien li jagħmel mal-palazz fejn illum hemm Pjazza Reġina. Dan hekk kif żewġ iljuni kbar tal-ġebel tas-seklu 19 li kienu intenzjonati biex joqogħdu fuq l-arkati tal-entratura tal-ġnien, għal bosta snin kienu jżejnu d-daħla tal-armerija fejn aktar tard kien jiltaqa’…

Bil-Filmat: Arpisti Fil-Kon-Katidral Ta’ San Ġwann

Mużika li tpaxxi l-widna. Din hija l-wirja li taw Laetitia Troisi De Menville u Jacob Portelli permezz tal-arpa lbieraħ f’Jum it-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista. Il-mużika li ndaqqet kienet Laudate Dominum ta’ W.A Mozart, The Arrival of the Queen of Sheba u Zadok the Priest ta’ George Frideric Handel. Din ix-xandira saret possibbli permezz tal-Fondazzjoni…

Bil-Filmat: Film Ġdid B’Atturi Magħrufa Internazzjonali Dwar Il-Ġlieda tal-Maltin Tal-1919

Just Noise huwa l-film il-ġdid li se jkun qed jintwera aktar ‘il quddiem dwar il-ġlieda tal-Maltin għall-Indipendenza mill-Ingilterra li tista’ tgħid bdiet fl-1919 permezz tal-irvellijiet tas-Sette Giugno. Inġibed f’Malta u fih jieħdu sehem atturi kemm lokali bħal Godwin Scerri u Marc Cabourdin u oħrajn bħal Benedick Blight, Ian Virgo u saħansitra Harvey Keitel (innominat għal…

Mill-1 Ta’ Lulju Li Ġej Se Jsiru L-Festi Hekk Kif Issa L-Attività Tal-Massa Tista’ Ssir

Fi Stqarrija li ħarġet il-Kurja ġew ippubblikati direttivi dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi għal din is-sena 2020; is-sena li biddlet ħafna attivitajiet minħabba l-Covid-19. Dawn id-direttivi, ser jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju u japplikaw biss għal din is-sena. Il-festa ser tkun iċċelebrata permezz ta’ Quddiesa Solenni u pellegrinaġġ mat-toroq tal-belt/raħal, fid-data tal-festa liturġika jew fil-Ħadd li s-soltu…

Il-Kwadru Devozzjonali Tal-Madonna Ta’ Pinu Rrestawrat

Kwadru li jiġbed ħafna ammirazzjoni u devozzjoni lejh. Qala’ ħafna grazzji u ħafna Maltin u Għawdxin u saħansitra nies barranin li jżuru pajjiżna, jitolbu quddiemu. Qed nirreferu għall-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb Għawdex. Ftit ilu tlesta mir-restawr mill-kumpanija Atelier del Restauro taħt id-direzzjoni tal-id abbli Valentina Lupo li sostniet li qabel ma beda r-restawr, sar 3…

Jiżdiedu L-Multi Għal Min Jarmi Skart FIl-Kampanja U L-Widien

Dalgħodu tħabbret żieda fil-multi għal min jarmi skart fil-kampanja u widien. Aħbar tajba għal min għandu għal qalbu l-ambjent, u għandha tkun aħbar tajba għalina lkoll għaliex wara kollox, il-ħmieġ, ħmieġ iġib. F’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li hija wkoll responsabbli mill-maġġoranza tal-widien, sostniet li f’5 snin, inġabru mal-43,007 tunnellata…

Illum Jibdew Il-Kwaranturi. Taf Xi Jfissru?

Il-kelma Kwaranturi ġejja mit-Taljan Quarant’ore li tirreferi għall-40 siegħa ta’ espożizzjoni tas-Sagrament b’adorazzjoni ma taqtax. L-intenzjoni tagħhom huma li dawn l-40 siegħa jfakkru l-40 siegħa li l-ġisem ta’ Kristu dam fil-qabar qabel ma rxoxta mill-mewt. Għalhekk it-tifsira tagħhom hija kemm devozzjonali kif ukoll teoloġika. Il-knejjes fit-tradizzjoni jkunu miftuħin anke matul illejl fejn anke jintrama l-artal…

Għandek X’Tirrakonta Jew Xi Ritratti Antiki? Kellimna…

Minn meta bdejna dan is-sit, mill-ewwel ħsiebna kien li ninteressaw lill-pubbliku kollu. U min ma jinteressahx minn pajjiżu? Ilkoll inħobbu lil Malta u Għawdex tagħna, li bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu, pajjiżna sawwarna u tana identità. Ridna li dan is-sit ikun interattiv magħkom il-qarrejja u anke tkunu intom stess li tikkontribwixxu fih. Għalhekk qed inħeġġukom li…