Għall-Kuntrarju Ta’ Li Ġara Fl-Olokawst, Malta Laqgħet Lil-Lhud. Ara Meta!

Illum huwa mfakkar l-Olokawst orribbli li qatel mas-6 miljun Lhudi fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba l-ideoloġiji ta’ Hitler. Imma storikament, Malta ospitat lil dan il-poplu fi ħdanha. L-Għeruq Lhudi f’Malta huwa antik saħansitra mir-raba’ u l-ħames sekli fejn waqt il-perjodu Ruman diġà kien hawn preżenza minnhom f’pajjiżna. Xhieda ta’ dan huma d-diversi katakombi tal-Lhud…

Se Ssir L-Ewwel Edizzjoni Tal-Premji Nazzjonali Għax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija U L-Matematika…

Il-Ministru ghar-Ricerka, Innovazzjoni u l-ko-ordinazzjoni tal-istrategija post-covid-19 Dr Owen Bonnici nieda l-ewwel edizzjoni tal-Premji Nazzjonali ghax-Xjenza, Teknologija, l-Inginerija u l-Matemika (STEM).  Dawn se jkunu ospitati fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza. L-aqwa professjonisti f’Malta se jiġu ppremjati, rikonoxxuti u onorati għall-kontribut li taw fil-qasam tagħhom tax-Xjenza, it-Teknoloġija, I-Inġinerija u l-Matematika (STEM) u b’hekk lis-soċjetà b’mod ġenerali. Dawn il-premji…

Għada L-Istatwa Ta’ San Ġużepp Lura F’Ħal Għaxaq…

Il-Fratellanza San Ġużepp Għaxaq A.D 1750 ħabbret il-programm għal matul il-ġimgħa d-dieħla biex jagħtu merħba lura fosthom, lill-istatwa devota u maħbuba ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq. Dan wara restawr li sar fil-gżira Għawdxija. Il-karnaġġjon u r-restawr tal-istatwa fl-injam sar minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi filwaqt li r-restawr tal-pedestall u l-induratura fuq kemm l-istatwa u…

“Irridu Futur Aħjar Għal Uliedna U L-Innovazzjoni Hija L-Aqwa Għodda Biex Naslu” – Owen Bonnici

F’Malta inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf Ministeru ġdid iddedikat għar-riċerka, innovazzjoni u l-istrateġija ta’ wara l-Covid. Ministeru ġdid li se jkun storiku fid-deċiżjonijiet u l-ideat innovattivi li se jixpruna fis-soċjetà Maltija. Dr. Owen Bonnici huwa l-Ministru f’dan is-settur li qed jaħdem bis-sħiħ biex tibda ddur ir-rota kif ferm meħtieġ, f’dan il-qasam.  Huwa Ministeru importanti mhux biss…

Ara X’Għamlu L-Kalkariżi Llum!

Illum fil-Kalkara kienet varata ir-rotta kulturali. Il-proġett tal-Heritage Trail fil-Kalkara ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima flimkien mall-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Dan il-proġett jikkonsisti fi 15-il stand tal-istainless steel imwaħħla f’siti importanti fil-Kalkara, u b’informazzjoni mnaqqxa fuqhom bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll kodiċi…

Il-Kardinal Mario Grech Jingħata Lazz Aħmar Ta’ Prospero Grech

Kienet azzjoni sabiħa u ġest simboliku fl-istess ħin dik li l-Kardinal Malti Mario Grech ingħata l-lazz ażħmar li jżomm is-salib pettorali, li kien tal-Kardinal Prospero Grech. Dan seħħ fil-Kurja Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, fejn il-kardinal qed jirrisjedi bħalissa. Il-Pirjol Ġenerali P. Alejandro Morál Antón osa irregala lill-Kardinal Malti salib pettorali tal-fidda b’relikwa ta’ Santu Wistin, akkumpanjata…

Jum Li Se Jibqa’ Mfakkar Fl-Istorja – Jasal Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19

Illum 26 ta’ Diċembru 2020 wasal f’Malta l-vaċċin kontra l-coronavirus li biddel is-sena 2020 f’waħda mimlija restrizzjonijiet u anke mwiet. Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne laqgħu l-ewwel 10,000 vaċċin kontra dan il-virus fejn minn għada jibdew jitlaqqmu l-ewwel nies. Awguri lil kulħadd!

Illum It-Toroq Kienu Mimlijin Bin-Nies…

Illum deher li f’ħafna ħinijiet, it-toroq kienu miżgħuda bit-traffiku. Jista’ jkun għaliex spiċċat l-iskola jew bosta waqfu ftit mix-xogħol għall-jiem tal-festi. Jew forsi ix-xiri tal-aħħar tal-Milied? Infakkru biex nibqgħu attenti meta nżuru l-ħwienet. Tajjeb li nixtru, niddevertu u nagħmlu l-qadi tagħna. Iżda l-pandemija għadha ma spiċċatx. Ma jinfelaħx tara ħanut imballat bin-nies kulħadd ġo xulxin!…

Ktieb Dwar L-Arti U L-Istorja Tar-Redentur tal-Isla Rebbieħ U Onorat Mill-KNK

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għażel bħala rebbieħ tal-Kategorija Riċerka ta’ Natura Bijografika u Storjografika l-ktieb: “Ir-Redentur. History, Art, and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta.” L-editur tiegħu kien Fr. Jonathan Farrugia li ħa l-okkażjoni jirringrazzja lill-Arċipriet tal-Parroċċa Sengleana Dun Robin Camilleri li fdalu din il-biċċa xogħol. Il-ktieb jinkludi wkoll riċerki…