Ilbieraħ F’Għawdex Kienet Organizzata Tislima Lil San Lawrenz Wara Xogħol Ta Restawr Fuq L-Istatwa Titulari

L-istatwa ta’ San Lawrenz għadu kif sarilha restawr u konservazzjoni mill-aqwa mid-ditta Prevarti. Din hija statwa tal-kartapesta li nħadmet f’Marsilja fl-1895 u li llum postha huwa fil-Knisja ta’ San Lawrenz f’Għawdex; ir-raħa li jġib isem il-qaddis padrun stess. Sal-lum kienet għadha qatt ma ntmesset f’dak li hu restawr. Madanakollu, ir-restawratur Pierre Bugeja tenna li l-interventi…

Huma X’Inhuma N-Numri L-Kitbiet Fuq Facebook Qed Joħolqu Ansjetà Kbira U Ħsara Mentali…

Is-sitwazzjoni attwali hija dik li hi. M’hemm xejn x’wieħed jinnega. Imma għaliex irridu naqbdu ritmu ta’ kitbiet fuq facebook u nkomplu nżidu t-tensjoni bħal donnu qed itina gost? F’daqqa waħda nsejna kemm hija importanti s-saħħa mentali. Nirrealizzaw kemm hawn nies jibżgħu u jippannikkjaw filwaqt li joħolqu stress f’moħħhom għaliex ikunu inċerti? M’aħna ngħidu la favur…

Jekk Tarmi Ż-Żibel Barra Tkun Qed Taġixxi Ta’ Żibel Inti Stess!

X’jiġifieri tarmi barra? Mela barra l-miżbla tiegħek?! Kif ma tgħajjewx taraw il-ħmieġ madwarkom? Imxejna ‘il quddiem imma fadal triq twila… u dawk il-ftit li fadal itappnu l-progress ta’ ħafna. Mela llum temmen li għadek issib nies jarmulek ‘fridge’ ġol-baħar? Jew skart bl-addoċċ bħal donnu ma jifilħux iċemplu kunsill u jieħdu paċenzja jistennew sakemm jiġu jiġbrulhom…

Għada L-Bażilika Ta’ San Duminku Fil-Belt Valletta Se Tiċċelebra L-Ħajja Mill-Ġdid Lill-Pittura Ta’ Cali

Il-proġett ta’restawr fil-koppla l-kbira tal-Bażilika ta’ Sidtna Marija tal-Porto Salvu u San Duminku issa ġie konkluż u ser jiġi inawgurat b’ċelebrazzjoni nhar it-Tnejn 03 t’Awwissu. Il-pittura tal-koppla hija xogħol ta’ Ġiuseppe Calì waqt li kien fl-aqwa tiegħu. Ix-xogħolijiet juru rappreżentazzjonijiet tas-7 virtujiet u l-Ispirtu s-Santu u jiddokumentaw l-inawgurazzjoni oriġinali wara t-tlestijja tax-xogħol ta’ Cali’ fl-1…

Mhux Se Jinħarġu Aktar Permessi Għall-Marċi Tal-Festi

Mhux se jinħarġu akar permessi għall-marċi tal-festi! Dan tħabbar ftit tal-minuti ilu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza li għadha għaddejja bħalissa, dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ Covid-19. Fakkar ukoll li ser ikun hemm ‘standards’ ġodda fosthom li minn għada fit-8.00, f’kull avveniment in-numru ta’ nies irid ikun limitati skont id-daqs tal-venue li…

Bil-Filmat: Smewwiet L-Imqabba Lbieraħ Inxtegħlu Bil-Ġmiel Tal-Piroteknika Maltija U Internazzjonali

Ilbieraħ ittella’ t-tielet avveniment tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba fejn apparti l-wirjiet tradizzjoni mill-bravissimi u tant kapaċi Maltin, kien hemm ukoll żewġ spettakli oħra ta piroteknika sikronizata mal-mużika mill-Ukraina u mill-Italja. Saru wkoll sett ta’ 3 spettakli ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika fix- Xagħra, Għawdex u 2 spettakli oħra ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika, nhar it-Tnejn li…

Wasal Il-Mument Li Jkollna Monument Ekwestru F’Malta?

Spiss inżuru pajjiżi barranin u nitpaxxew b’monumenti ekwestri; jiġifieri personaġġ fuq żiemel. Tip ta’ monument li sa issa f’pajjiżna għad m’hawnx għajr dawk l-istatwi tal-festi li jittellgħu bil-marċ li nsibu minnhom f’diversi rħula. Jiġuna f’moħħna San Pawl fuq iż-żiemel f’Ħal Safi u anke l-kult lejn il-Konti Ruggieru fir-Rabat Malta. Dan il-kult wassal biex il-banda ta’…

Qed Insebbħu L-Pjazez… Imma T-Traffiku X’qed Joħloq?

Spiss qed naraw inizjattivi kemm lokali u anke mil-Gvern ċentrali biex jissebbħu l-pjazez Maltin u Għawdxin fejn isiru proġetti mill-isbaħ ta’ tisbieħ permezz ta’ għajnuna minn fondi; mill-Gvern, mill-Unjoni Ewropea u mill-Kunsilli Lokali. Ġieli permezz ta’ proġett wieħed, eżempju restawr ta’ faċċata ta’ knisja, joħloq mewġa pożittiva fejn imbagħad, anke ċ-ċittadini minn jheddhom jibdew jirranġaw…

Nisimgħu Spiss Fuq Sfreġji Storiċi Imma Ġid Kulturali Qed Isir Ukoll… Tajjeb Li Nsemmuh!

Ftit snin ilu din il-kappella kienet abbandunata. Mhux biss, talli kienet tintuża bħala maħżen fejn isiru jew jintrefgħu xi xogħolijiet relatati mal-karnival. Ovvjament il-karnival ħaqqu l-attenzjoni tiegħu għaliex huwa importanti ħafna fil-kultura tagħna, imma li kappella tispiċċa hekk kienet ħasra. Ritratt: Il-Kappella meta kienet tintuża bħala maħżen./ John N. Scerri   Imma llum il-ġurnata, din…

“Tgħallimt Minn Soru… Sar Il-Passjoni Ta’ Qalbi!” – Lawrence Caruana

Abbli ġieli nzertajtu ritratti fuq facebook tal-ħidma sabiħa u fina li jwettaq l-artist Lawrence Caruana. Lawrence jaħdem fir-rakkmu. Jaħdem ukoll il-ganutell imma l-aktar li huwa magħruf huwa fil-linja tar-rakkmu fin. Issa ilu f’din il-linja għal madwar 20 sena. Tkellimna miegħu minn wirtmalta.mt u qalilna li tgħallem din is-sengħa mingħand soru; Suor Anna Antida Micallef. “Ix-xogħol…