Bil-Filmat: Issa La Ġejna Għan-Normal Għandhom Isiru L-Festi?!

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Malta m’għadiex tinsab f’emerġenza ta’ saħħa pubblika. Dan filwaqt li saħaq dwar il-ħtieġa li wieħed ma jibqax jiġi mbeżża’ meta r-rata ta’ każijiet jidher li s’issa qiegħda f’sitwazzjoni stabbli. U f’bosta lokalitajiet issa qorbot il-festa. Hemm min qed jgħid li għandhom jinbidlu r-restrizzjonijiet fuq il-festi u jsiru. Hemm…

Għaliex Il-Malti Jgerger?

Aħna poplu ferrieħi, ċelebrattiv, ċajtier, altruwist… u l-aġġettivi sbieħ ma jieqfux. Imma aħna wkoll poplu żbukkat, xi ftit polemikuż u li ngergru wkoll. Hija normali għaliex wara kollox, għalhekk fil-bniedem hemm dawk il-burdati biex ikunu espressi fil-ħajja tagħna. Iżda għaliex fuq mument ta’ ferħ ġieli rridu nikkritikaw? Għaliex ngħiru meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa…

Bil-Filmat: L-Ewwel Attakki Fuq Malta Mill-Italja Wara Li Mussolini Ddikjara Li Daħlu Fil-Gwerra

Kien propju bħal-lum 11 ta’ Ġunju tal-1940; eżatt 80 sena ilu meta Malta sfat attakkata għall-ewwel darba mill-ajru mill-qawwa Taljana f’dik li kienet faqqgħet bħala t-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-Filmat id-dittatur Taljan Benito Mussolini jidher jiddikjara li l-Italja daħlet fil-gwerra quddiem folol kbar ta’ nies li bdew jifirħu mal-kliem imqanqal li beda jgħid biex jgħolli l-moral…

Bħal-Lum 3 Xhur Niċċelebraw Jum Il-Vitorja… L-Ewwel Sajf Malti Bla Festi!

Illum it-8 ta’ Ġunju 2020 jimmarka bidu ta’ ġimgħa ġdida għal pajjiżna fejn 3 ijiem ilu rajna t-tneħħija tal-miżuri li kienu mposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 għal 3 xhur sħaħ. Nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa tajjeb waqt din l-imxija li affettwat lil kulħadd. Iżda rridu ngħidu wkoll li din in-normalità li qed ngħixu hija differenti u…

Bħal-Lum 101 Sena Ilu L-Poplu Malti Kien Qed Jipprepara Biex Għada Jidħol Il-Belt Jipprotesta…

Kos hux?! Is-Sette Giugno hija ġrajja storika li ġrat 101 sena ilu. Mur għidilhom lil dawk in-nies kif se tinbidel Malta f’100 sena. U għax tgħid, biex niċċajtaw inħobbu ngħidu l-frażi ‘Mitt sena oħra ma nkunux hawn!” Mingħajr ma ġieli nirrealizzaw, dak li qed nagħmlu issa se jħalli mpatt fuq il-futur u fuq il-ġenerazzjonijiet li…

4 Pitturi Ta’ Rocco Buhagiar Fil-Bażilika Sengleana Rrestawrati

Saret opra tajba mal-arti fl-Isla fejn sar konservazzjoni u restawr ta’ 4 pitturi li jinsabu fis-Sagristija Maġġuri tal-Bażilika tal-Belt Senglea. Dawn huma xogħol il-pittur Rocco Buhagiar. Ir-restawr sar mid-ditta Prevarti b’kollaborazzjoni fejn il-Fondazzjoni tal-Kottonera u l-‘Good Causes Fund’ kif ukoll minn benefatturi Sengleani stess. Bis-saħħa ta’ ġesti bħal dawn, l-istorja u l-wirt artistiku ma jintilifx. Prosit…

Bil-Filmat: Lura Għan-Normal… Ħriġtu Lil Malta Bl-Unuri!

Illum il- 5 ta’ Ġunju 2020; il-jum li fiha ser immorru lura għan-normal; forsi normal differenti imma ħafna aħjar minn dak ta’ ftit jiem ilu fejn it-tensjoni kienet evidenti fost kulħadd. Din hija l-kanzunetta Viva Malta li ġiet interpretata minn diversi personalitajiet lokali. Kanzunetta li toħroġ mill-qalb u li tħabbat fil-qlub. Awguri lill-poplu kollu kif…

Bil-Filmat: Spekulazzjoni Ta’ Xenarji Futuri F’Malta: Uħud Ġenna, Oħrajn L-Aħħar Tad-dinja

Smajtu bih dan il-proġett? Il-proġett Five Five qed jippreżenta sensiela ta’ xenarji alternattivi li jipproponu utopiji u distopiji madwar diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Ix-xenarji huma l-frott ta’ eżerċizzji spekulattivi bejn Solid Eye, studio li jispeċjalizza fuq xogħol ta’ disinn tri-dimensjonali u viżwalizzazzjoni diġitali (Computer Generated Imagery), u Glen Calleja. Ix-xenarji se jiġu ippreżentati f’wirja…

Tgħid Lill-Profs. Charmaine Gauci Ser Narawha Kandidata Għall-Elezzjoni Ġenerali?

Għaddielna dan il-ħsieb għaliex nemmnu fil-ġenwinità ta’ din il-mara li tant ħadmet waqt il-pandemija tal-Covid-19 u għadha għaddejja bla waqfien. Lill-Profs. Charmaine Gauci forsi mhux ilkoll konna nafuha iżda issa żgur li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Hija s-Supretedent tas-saħħa pubblika bir-responsabbiltà li tiżviluppa u timplimenta strateġiji li jippromovu s-saħħa fost rwoli oħra. Mhux faċli tkun…

Kwadri Fini B’Xeni Maltin Bl-Akkwarell Minn Jacqueline Agius

Qatt inzertajtu jew rajtu arti mill-artista brava Jacqueline Agius? Araw xi ġmiel. Taħdem bl-akkwarell. “L-imħabba għall-arti kienet dejjem fija minn meta kont żgħira. Inħoss li l-pittura m’għandiex sempliċiment tkun sabiħa imma jrid ikollha ċertu poter u dinamika, il-qawwa li tqanqal xi ħaġa profonda”, qaltilna Jacqueline. Fix-xogħol tagħha tfittex is-sempliċità, l-armonija u l-ġmiel. Tgħid li jisiparaha…