Kollox lest għal A Night at The Movies II: Serata ta’ mużika u emozzjoni

Sa anke dan il-ħin bħalissa, għaddejjin l-aħħar preparamenti għar-raba’ edizzjoni tal-kunċert annwali A Night at The Movies II mis-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, li għada, is-Sibt 22 ta’ Novembru 2025, se jsir fit-Teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara. Wara s-suċċess tal-edizzjonijiet ta’ qabel, il-Banda Peace se terġa’ toffri spettaklu li ċert li jolqot lil kull min…

Bil-Filmat: Il-banda ta’ San Pawl il-Baħar iġib il-briju tas-sajf f’Buġibba u l-Qawra

Il-ħoss tal-festa Maltija u l-mużika tal-banda laħqu kullimkien dan is-sajf f’Buġibba u l-Qawra. Matul il-ġimgħat li għaddew, is-Soċjetà Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar organizzat għaxar servizzi mużikali li qanqlu l-interess kemm tal-Maltin kif ukoll tat-turisti. Ħafna mill-viżitaturi, li kienu mixjin fit-toroq jew jistrieħu fil-lukandi, ma felħux jirreżistu u waqfu biex igawdu l-briju tal-marċi…

“Tgħallimt Minn Soru… Sar Il-Passjoni Ta’ Qalbi!” – Lawrence Caruana

Abbli ġieli nzertajtu ritratti fuq facebook tal-ħidma sabiħa u fina li jwettaq l-artist Lawrence Caruana. Lawrence jaħdem fir-rakkmu. Jaħdem ukoll il-ganutell imma l-aktar li huwa magħruf huwa fil-linja tar-rakkmu fin. Issa ilu f’din il-linja għal madwar 20 sena. Tkellimna miegħu minn wirtmalta.mt u qalilna li tgħallem din is-sengħa mingħand soru; Suor Anna Antida Micallef. “Ix-xogħol…

Qatt Rajtuh Dan Ir-Ritratt Tal-Planċier L-Antik Tal-Isla?

U għal darb’oħra r-rispons tagħkom ma qatax. Verament grati lejkom u turuna kemm hu għal qalbkom wirt pajjiżna. Joseph Busuttil mill-Isla bagħatilna dawn iż-żewġ ritratti l-ġmiel tagħhom tal-planċier l-antik tal-Banda li kien jintrama għall-festa tal-Bambina. Qalilna li kien jintrama fil-fetħa li hemm fi Strada Vittorja u kien jinżamm fil-kannierja tal-Knisja ta’ San Filippu Neri. Illum…