Bil-Filmat: Smewwiet L-Imqabba Lbieraħ Inxtegħlu Bil-Ġmiel Tal-Piroteknika Maltija U Internazzjonali

Ilbieraħ ittella’ t-tielet avveniment tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba fejn apparti l-wirjiet tradizzjoni mill-bravissimi u tant kapaċi Maltin, kien hemm ukoll żewġ spettakli oħra ta piroteknika sikronizata mal-mużika mill-Ukraina u mill-Italja. Saru wkoll sett ta’ 3 spettakli ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika fix- Xagħra, Għawdex u 2 spettakli oħra ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika, nhar it-Tnejn li…

Wasal Il-Mument Li Jkollna Monument Ekwestru F’Malta?

Spiss inżuru pajjiżi barranin u nitpaxxew b’monumenti ekwestri; jiġifieri personaġġ fuq żiemel. Tip ta’ monument li sa issa f’pajjiżna għad m’hawnx għajr dawk l-istatwi tal-festi li jittellgħu bil-marċ li nsibu minnhom f’diversi rħula. Jiġuna f’moħħna San Pawl fuq iż-żiemel f’Ħal Safi u anke l-kult lejn il-Konti Ruggieru fir-Rabat Malta. Dan il-kult wassal biex il-banda ta’…

Bil-Filmat: Għaxar Subien Maltin Qed Jitgħallmu L-Bizzilla… Dan Jagħtina Kuraġġ Kbir!

Wieħed minnhom huwa Nathaniel Gauci, li ddeċidew li jibdew jitgħallmu t-tradizzjoni antika u marbuta l-aktar mal-gżira Għawdxija, dik taċ-Ċombini. Tista’ tgħid li din is-sengħa majnat xi ftit mhux ħażin. Hemm diversi daqsijiet ta’ ċombini skont ix-xogħol. Wieħed jorbot il-ħajt maċ-ċombini u wara jintrama t-trajbu; jew imħadda kif inhi magħrufa f’Għawdex. Hemm trajbu li jintuża wieqaf…

Bil-Filmat: Għal Bosta Snin Għawdex Kienet il-Gżira Fejn Kienu Jitkeċċew Kavallieri Imqarbin…

Sewwa smajtu. Każi kien hemm bil-qabda. Iżda wieħed minnhom kien dak ta’ Fra Pietro Meglia; kavallier Taljan li fl-1539 kien weħel 6 xhur ħabs fiċ-Ċittadella f’Għawdex għaliex dan fettillu jagħmel sellum filgħaxija u jitla’ fid-dormitorju tas-sorijiet. Immaġinaw xi skandlu kien dak iż-żmien! Anke Jean De Vallette nnifsu kien ħabsi fiċ-Ċittadella t’Għawdex. Kellu 44 sena. Skont…

Il-Kwadru Devozzjonali Tal-Madonna Ta’ Pinu Rrestawrat

Kwadru li jiġbed ħafna ammirazzjoni u devozzjoni lejh. Qala’ ħafna grazzji u ħafna Maltin u Għawdxin u saħansitra nies barranin li jżuru pajjiżna, jitolbu quddiemu. Qed nirreferu għall-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb Għawdex. Ftit ilu tlesta mir-restawr mill-kumpanija Atelier del Restauro taħt id-direzzjoni tal-id abbli Valentina Lupo li sostniet li qabel ma beda r-restawr, sar 3…

Bil-Filmat: “Ejja Ngħinu Lil Xulxin Biex Inkunu Kuntenti” – L-Isqof Elett T’Għawdex

Fl-ewwel messaġġ tiegħu b’mod virtwali, l-Isqof Elett tal-gżira Għawdxija wassal messaġġ ta’ tama u pożittività fejn appella biex ngħinu lil xulxin inkunu kuntenti. “B’hekk inkunu sinjuri…” tenna l-Isqof, il-Monsinjur Anton Teuma. L-għan tiegħu huwa li nimxu flimkien, mhux wieħed quddiem u wieħed wara iżda flimkien lejn l-hena, lejn il-persuna ta’ Ġesù. Hekk qal l-Isqof Teuma…

Il-Proġett ‘Youth Of Gozo’ Mill-Aġenzija Żgħażagħ Se Jara Publikazzjoni Dwar Kif Qattgħu Ħinhom L-Għawdxin Waqt Covid-19

Il-proġett ‘Youth of Gozo’ ta’ Aġenzija Żgħażagħ inħoloq bil-għan li ż-żgħażagħ Għawdxin ikollhom pjattaforma fejn jaqsmu t-talenti u ħiliet tagħhom, kemm dawk li jipprattikaw fil-ħin liberu tagħhom u wkoll dawk li huma stabbiliti. Professjonisti Għawdxin ukoll qasmu l-esperjenzi tagħhom speċjalment fid-dawl taż-żmien li għaddejjin minnu. L-iskop ewlieni kien ukoll li jitwassal messaġġ biex kemm jista’…

L-Artist Kevin Sciberras – Il-Pajsaġġ Urban U L-Ispazji Madwar Pajjiżna Jiddefenixxuh

Pjattaforma wkoll għall-artisti lokali   Dan is-sit jaħseb ukoll fl-artist Malti u qed joffri dan l-ispazju bħala pjattaforma għalihom; għaliex huma l-artisti li jfakkru f’wirt Malta permezz tal-kitba, pittura, skultura, mużika u kull mod ieħor li jibqa’ hemm, jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien. Forsi ġieli nnutajtu l-arti meraviljuża ta’ Kevin Sciberras fuq facebook. Kevin Sciberras twieled…