Il-BBC Concert Orchestra terġa’ lura Malta b’lejla ddedikata lill-ABBA u l-Bee Gees

Il-BBC Concert Orchestra se tkun qed tirritorna Malta għas-seba’ darba konsekuttiva b’kunċert spettakolari li din is-sena se jkun iċċentrat fuq il-mużika immortali ta’ żewġ gruppi li ħallew marka kbira fl-istorja tal-mużika internazzjonali – l-ABBA u l-Bee Gees. Wara sitt edizzjonijiet li kollha attiraw attendenza qawwija, il-BBC Radio 2 u l-BBC Concert Orchestra reġgħu għażlu lil…

Inawgurata sala ġdida psikoġerjatrika f’San Vinċenz de Paul

F’San Vinċenz de Paul ġiet inawgurata sala ġdida psikoġerjatrika, inizjattiva li timmarka pass importanti fit-titjib tas-servizzi tas-saħħa għall-anzjani. Għall-ftuħ attendew il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea. Din is-sala, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’din il-faċilità, hija maħsuba biex tilqa’ sa 24 anzjan li qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet mediċi…

Inawgurat iċ-Ċentru CAYS f’Birkirkara biex jissaħħu s-servizzi għat-tfal u ż-żgħażagħ

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura uffiċjalment iċ-Ċentru tas-Servizzi għat-Tfal, l-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ (CAYS) f’Birkirkara, flimkien mal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. Dan iċ-ċentru ġdid joffri servizzi moderni u speċjalizzati taħt saqaf wieħed, immirati biex itejbu l-kura u l-appoġġ mogħti lit-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Il-faċilità tlaqqa’ flimkien żewġ servizzi li qabel kienu joperaw separatament…

Imnedija l-ewwel Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva nieda l-ewwel Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju għall-perjodu 2026–2031. Din l-istrateġija għandha l-għan li tmexxi u ssaħħaħ il-ħidma tal-pajjiż biex titnaqqas ir-riskju tas-suwiċidju, permezz ta’ miżuri li jiffukaw fuq il-prevenzjoni, l-intervent bikri u l-appoġġ lil dawk li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Id-dokument ġie ppreparat mis-Servizzi tas-Saħħa Mentali u…

Imnedija l-webapp ParksInMalta

Inħarġet il-webapp ġdida ParksInMalta, għodda diġitali li tippermetti lill-pubbliku jsib u jiskopri fejn jinsabu l-ispazji miftuħa u ta’ rikreazzjoni madwar Malta u Għawdex. Din tinkludi aktar minn 200 ġnien, park u bandla, u tagħti wkoll informazzjoni dwar x’tip ta’ attivitajiet jew avvenimenti jkunu qed isiru f’dawn l-ispazji. Il-webapp, żviluppata minn Project Green, tagħti dettalji dwar…