Hemm Mużewijiet Li Qatt Ma Żort F’Pajjiżna? Casa Bernard Żortuha?

Pajjiżna huwa xortieh tajba f’dik li hija rikezza storika u kuturali. Għalkemm imxejna sew fir-rigward ta’ apprezzament lejn l-istorja tagħna, xorta ssib persuni li jgħidulek ‘f’dak il-mużew qatt ma mort!’ Jista’ jkun ukoll li jgħidulek li l-aħħar darba li żaru xi mużew kien meta kienu għadhom fil-primarja mal-klassi tagħhom. Hija ħasra għaliex il-mużewijiet ta’ pajjiżna…

Bil-Filmat: X’Taf Fuq L-Istemmi Araldiċi Jew Inkella L-Coat Of Arms?

Insejħulhom coat of arms; l-istemmi araldiċi. Interessanti li dawn ma jsirux kif ġab u laħaq imma hemm studju, riċerka u ħsieb warajhom. Tkellimna ma’ Andrea Sacco Baldacchino li huwa riċerkatur u anke jagħmel l-illustrazzjonijiet ta’ dawn l-istemmi hu stess b’tant preċiżjoni u passjoni. 1. Xi tfisser l-Araldika? L-araldika hija sistema ta’ identifikazzjoni kemm personali u…

X’Inkwiet Inqala’ F’Malta Fit-18 Ta’ Mejju Snin Ilu?!

Fit-18 ta’ Mejju tal-1565, it-Torok deheru fix-xefaq resqin lejn il-gżejjer tagħna. Il-ġurnata kienet il-Ġimgħa. Dan kien mistenni; ma kinitx sorpriża. Il-mistoqsija aktar kienet ‘meta kienu ġejjin’ milli ‘jekk hux ġejjin.’ Qabel kien hemm assedju ieħor; dak tal-1551. Kif intemm, kien donnu fl-affermattiv li l-Ottomani kienu ser jerġgħu jaħbtu għal pajjiżna. L-assedju tal-1565 baqa’ magħruf bħala…

Bil-Filmat: Tebut Sempliċi Għall-Granmastru…Isir Il-Funeral

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju 2020 sar il-funeral tat-80 Granmastru tal-Ordni Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto li miet fid-29 t’April kawża ta’ marda inkurabbli. Fejn is-soltu dawn ikollhom ċertu pompa; speċjalment fil-passat fejn l-Ordni kienet tuża l-okkażjoni biex turi s-saħħa tagħha, din id-darba l-funeral kien limitat ħafna minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19. Preżenti kien hemm…

“Ħa Naqla’ D-Dar U Nibdel Il-Purtieri Għax Ġej It-Tberik” – Drawwiet Li Battew Sew

Żgur li tiftakruha tidwi din is-sentenza ġo widnejkom; li ġej it-tberik u rridu nnadfu waħda sew! Drawwiet li llum kważi qas għadhom iseħħu ħlief forsi xi nies ftit aktar anzjani jew tradizzjonali li jagħmlu hekk. Kienet tkun drawwa li malli joqrob it-tberik, in-nisa tad-dar kienu jaqilgħu waħda sew djarhom billi jnaddfu iżjed milli jnaddfu ta’…

Bil-Filmat: Is-Sacra Infermeria F’Rikostruzzjoni 3D Minn Christian Mifsud

Mibnija biex taqdi l-funzjonijiet tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann; Is-Sacra Infermeria. Ġarrbet ħsarat estensivi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u r-rikostruzzjoni tagħha qatt ma saret sħiħa. Fl-1687, il-Granmastru Gregorio Caraffa bena sala biex tiġbor fiha l-librerija tal-isptar; l-imkejjen ta’ din is-sala għadu sal-lum mhux magħruf. L-Ingliżi komplew jużaw dan l-isptar sal-1902. Tul dan il-perjodu, saru diversi…

Meta Malta Ma Kellhiex Kważi Idea Ta’ Xi Tfisser Arkeoloġija

Mhux dejjem kellna kollox skjerat fil-mużew bħal-lum!   Xi tfisser ‘Arkeoloġija’? Din il-kelma tirreferi għall-istudju tal-istorja umana u pre-istorika permezz ta’ skavar ta’ siti u analiżi fuq artifatti u fdalijiet oħra. Illum min jaf kemm smajna, qrajna u rajna produzzjonijiet dwar l-arkeoloġija Maltija. Imma mhux dejjem hekk kien għal pajjiżna. L-interess fl-antikitajiet sew ta’ Malta…

Jinfetaħ Sptar Għan-Nisa B’Fondi Minn Mara Taljana

Il-Kavallieri ma kellhomx sptar għan-nisa!   Il-Kavallieri nafu li primarjament qabel ma kienu suldati tal-battalji, kienu ospidalieri. Dan ifisser li kienu jagħtu servizz medikali b’attenzjoni speċjali fuq kwarantini, ferimenti u dak kollu li kien jinqala’. Fl-1654, it-tabib Malti Nicolò Saura waqqaf l-isptar San Nikola. Dan it-tabib kien ħalla ġidu kollu għall-isptar kif għamlet bħalu bintu,…