Escape Room Fil-Fgura Li Se Tiġbed Turiżmu Differenti

Attrazzjonijiet bħal Can You Escape li tinsab fil-Fgura huma importanti kemm għat-turisti li jżuruna u anke għall-pubbliku lokali fejn ikollhom imkejjen differenti ta’ kif jqattgħu l-ħin tagħhom u jiddevertu kif ukoll iħaddmu moħħhom f’tip ta’ divertiment differenti. Prattikament, għal min qatt ma sema’ b’dan il-kunċett, l-idea tal-Escape Room hija li tkun kamra kbira u li…

X’ Ġara Eżatt Fil-Maqluba? Saħta Tal-Allat Jew Att Naturali?

Żgur li xi darba jew oħra smajtu bl-akkwata sabiħa magħrufa tal-Maqluba fil-Qrendi! Għandha forma speċjali u stramba fl-istess ħin. Bosta leġġendi kienu jissawru fil-passat malli jaraw fenomenu li kien ikun diffiċli jispjegawh. Għalhekk l-ewwel ħsieb kien imur fuq l-allat. Iżda fil-każ tal-Maqluba kien jingħad li n-nies li kien jgħixu fl-akkwata kienu xi ftit imqarbin u…

Possibbiltá Ta’ Għargħar… Oqogħdu Attenti!!!

Fuq il-paġna Aġġornament tat-Temp ittella’ avviż li hawn possibbiltà ta’ xita qawwija li tista’ tikkawża għargħar. Bħalissa l-gżejjer Maltin għaddejjin minn maltempati li bdew fi tmiem il-ġimgħa li għadda kif intemmet ilbieraħ. Tajjeb li nevitaw ħruġ bla bżonn ħalli jitnaqqas it-traffiku u l-inċidenti. Dejjem insuqu bil-galbu, naħsbu kmienu u nżommu l-kalma. U bħal dejjem, suqu…

X’Kien Ġara Fis-Siġġiewi Meta F’Malta Kien Hawn Nixfa Kbira?

Din il-knisja tinstab f’wieħed mill-iktar postijiet pittoreski tal-gżejjer tagħna. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li naraw pittura li fiha tidher din il-knisja u l-irdumijiet tal-Fawwara. Taħt din il-knisja nsibu nixxiegħa tal-ilma naturali li tibqa’ tnixxi l-ilma s-sena kolla. Għalhekk dawn l-inhawi huma fertili ħafna. L-istorja marbuta ma’ din il-knisja devota tal-Madonna tal-Karmnu toħodna lura għas-seklu15 meta…

Ejjew Ningħaqdu Għaliex Iż-Żmien Iebes Ma Jarax Kuluri U Partiti…

Mingħajr ma wieħed jew waħda jallarma ruħu, ilkoll nafu x’inhi s-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19. Dan huwa mument fejn ningħaqdu bħala nazzjon u nneħħu l-għamad politiku kontra xulxin. Dan huwa mument li jekk se nbatu se jbati kulħadd, jekk se ngawdu ser igawdi kulħadd. Is-sitwazzjoni hi hemm għal kulħadd u ma tarax la kuluri u qas differenzi…

Bil-Filmat: Araw Il-Festa Ta’ Santa Marija Fil-Mosta Fl-Antik…

Xi ġmiel ta’ filmat tellgħu l-‘Malta Audio Visual Memories’ dwar il-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta. Filmat irrestawrat u awtentiku tal-passat. Innutaw il-ħajja dak iż-żmien; l-istil tal-ħwejjeġ, il-karozzi, l-armar u fuq kollox, l-istatwa ta’ Santa Marija kellha libsa differenti.. Meta taħsbu li ttieħed dan il-filmat?     Filmat: Festa ta’ Santa Marija/ Malta Audio Visual Memories…

Darba F’Malta Kien Hawn ‘Cable Car’… Taf Fejn Kienet?!

Hekk tista’ tgħid li nistgħu nsejħulha; l-ewwel ‘cable car’ u naħsbu li kienet l-aħħar li qatt kien hawn f’pajjiżna. Din kienet tinsab fid-daħla qabel ma tidħol lejn id-Dwejra f’Għawdex, fejn minn fuq l-art Għawdxija kien sar baskett tal-qasab li jaqsam lejn il-Ġebla tal-Ġeneral li kienet u għadha popolari wkoll bl-isem ta’ ‘Fungus Rock.’ Dan għaliex…

Kontu Tafu Li L-Ewwel Bolla Bil-Kolla Fid-Dinja Kellha Fuqha Timbru Tas-Salib Ta’ Malta?

Iva hekk hu, l-ewwel bolla li kellha l-kolla fuq wara ħarġet fl-Ingilterra fl-1840 u kienet magħrufa bħala l-‘Penny Black‘. Ovvjament bolla meta tinuża tkun ittimbrata u l-ewwel timbru li ntuża fuq il-bolli (ġieli jissejħu wkoll bolol) fl-Ingilterra, kien is-Salib ta’ Malta bil-linka ħamra. Is-Salib ma kienx sar ippuntat kif nafuh imma ngħata forma aktar fit-tond.…