Bħalissa Kieku Malta Maħnuqa Bil-Poplu Jdur il-Knejjes

Mhux l-ewwel darba… Ġrat fil-passat   L-22.30 ta’ Ħamis ix-Xirka 2020. Sikta. Ħemda. Kieku bħalissa il-poplu bi ħġaru jdur minn knisja għall-oħra; minn wirja għall-oħra, minn raħal għall-ieħor… Kien hemm min bħal-lum iżur is-salib tal-għolja fis-Siġġiewi, isib xi kappella ċkejkna mhix daqshekk storbjuża bl-attività tal-poplu jew inkella jmur il-mixja popolari ta’ Puttinu. Il-Monument ta’ Kristu…

Ara X’Għamlu Tal-Banda Peace Fin-Naxxar Illum

Ideat li jżommu l-ispirtu u jimlew il-qlub bit-tama!   F’mumenti bħal dawn, qed naraw ħafna li qed joħorġu b’ideat kreattivi biex jippruvaw iżommu l-ispirtu għoli kemm jista’ jkun. Is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar kellhom idea. Hekk kif illum infakkru d-Duluri ta’ Marija Santissima, ħasbu li jarmaw l-istatwa ta’ Marija Addolorata fit-tieqa tal-faċċata tas-sedè tagħhom biex tkun…