Beppe Caruana se jirrappreżenta lil Malta fil-finali ta’ “Zecchino D’Oro”
Beppe Caruana se jikteb kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu hekk kif ġie magħżul bħala wieħed mill-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kompetizzjoni prestiġjuża Taljana Zecchino D’Oro. Beppe se jkanta l-kanzunetta oriġinali bit-Taljan, “Toc Toc”. Il-Public Broadcasting Services (PBS), flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, kellhom rwol importanti biex jiffaċilitaw il-proċess li permezz tiegħu tfal Maltin setgħu japplikaw għal dan…




