Malta tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha fid-dinja u fil-Mediterran
Waqt il-laqgħa annwali mal-Ambaxxaturi ta’ Malta barra minn xtutna, il-Prim Ministru Robert Abela enfasizza l-importanza ta’ dan l-appuntament biex tiġi mfassla u evalwata l-aġenda diplomatika tal-pajjiż għas-sena li ġejja. Huwa spjega li s-sena li għaddiet għalqet fażi sinifikanti għall-politika barranija ta’ Malta, peress li kienet immarkata minn impenji ta’ livell għoli fi ħdan fora internazzjonali…
