Malta tiffoka fuq turiżmu ta’ valur ogħla u tkabbir sostenibbli fix-xitwa

Malta se tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tattira aktar viżitaturi li jġibu magħhom valur ogħla għall-ekonomija, filwaqt li tkompli tħeġġeġ it-tkabbir turistiku fix-xhur tax-xitwa sabiex il-pajjiż jikkonsolida ruħu bħala destinazzjoni ta’ matul is-sena kollha. Wara r-riżultati pożittivi miksuba fl-2025, il-Gvern flimkien mal-operaturi turistiċi u l-partijiet kollha involuti fl-industrija huma determinati li jibqgħu jaħdmu id f’id…