Il-Prim Ministru jtenni l-importanza tal-Konsli Onorarji fil-promozzjoni tal-interessi ta’ Malta madwar id-dinja

Waqt il-laqgħa annwali tal-Konsli Onorarji li jirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn xtutna, il-Prim Ministru Robert Abela għadda messaġġ ċar dwar il-prijoritajiet internazzjonali ta’ pajjiżna, filwaqt li saħaq fuq il-kontribut kruċjali tagħhom biex imexxu ’l quddiem l-interessi diplomatiċi, ekonomiċi u nazzjonali ta’ pajjiżna. Filwaqt li rringrazzjahom għal ħidmithom, il-Prim Ministru ddeskriva l-kontribut tal-Konsli Onorarji bħala waħda…