Fuq miljun u nofs b’riżq id-Dar tal-Providenza – Poplu li jagħti b’imħabba
Ilbieraħ, fil-maratona ġbir ta’ fondi b’riżq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi nabret is-somma sabiħa ta’ €1,556,453. Somma bżonnjuża sabiex din id-dar tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha favur il-persuni b’diżabbilità. Din twaqqfet lura fl-1965 minn Monsinjur Mikiel Azzopardi. Festa ta’ ġenerożità. Is-sena t-tajba lil kulħadd.
