Imnedija pjattaforma online ġdida biex tgħin lin-nies jippjanaw l-irtirar tagħhom
Il-fergħa ĠEMMA fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nediet pjattaforma online ġdida bl-isem RetireSmart, li hija disponibbli b’xejn u maħsuba biex tgħin lin-nies jifhmu aħjar x’jistgħu jistennew mill-pensjoni futura tagħhom, filwaqt li tħeġġeġ ippjanar finanzjarju aktar għaqli għall-futur. RetireSmart hija disponibbli kemm bħala app kif ukoll bħala sit elettroniku u taħdem bħala kalkulatur…
