Appoġġ qawwi lir-riċerkaturi Maltin li qed imexxu l-innovazzjoni fis-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tieni minn sensiela ta’ ħames avvenimenti tematiċi, f’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta. Dan l-avveniment, iddedikat għas-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza, offra spazju fejn ġiet murija kif ir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta qed isaħħu l-ekonomija u jtejbu l-mod kif ngħixu ta’ kuljum. Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u…