Min-Naxxar – Ritratt Li Juri Kif L-Irħula Jinbidlu Kontinwament

Ritratt li ttella’ fuq is-sit tas-Soċjetà Mużikal Peace tan-Naxxar juri karru tal-karnival li jmur lura fis-snin. Iżjed milli l-karru nnifsu, interessana ħafna kif inbidlet il-pjazza tan-Naxxar. Propju fir-ritratt jidher ġenb mill-każin li għadu hemm sal-lum għalkemm ġie ttrasformat f’binja aktar mirquma u li tadatta wkoll għaż-żmien tal-lum. Iżda, eżatt tmiss miegħu, tidher parti minn kappella…