Koreografija unika li tirrakkonta l-Istorja u l-Identità ta’ Naxxar
Il-koreografija ppreżentata mis-supporters ta’ Naxxar nhar is-Sibt 4 ta’ April waqt is-semi finali kienet maħsuba biex tirrakkonta b’mod viżiv il-mumenti ewlenin li ffurmaw l-identità tal-lokalità. Din għaqqdet b’mod armonjuż it-tradizzjoni storika mal-kisbiet tal-lum tat-tim, u tat spettaklu li laqat lil kull min kien preżenti. Naħa waħda tal-koreografija kienet tiffoka fuq il-wasla ta’ San Pawl f’Malta…
