Il-Unity Malta Game Jam joffri esperjenza prattika lill-istudenti fil-ħolqien tal-video games

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri żar il-Malta Unity Game Jam, attività organizzata minn GamingMalta flimkien ma’ Unity Technologies u bl-appoġġ tal-MCAST. Dan l-avveniment qed isir matul tmiem il-ġimgħa fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid. Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru rringrazzja lill-organizzaturi u fakkar kif fl-2019 Malta bdiet timmira li tiżviluppa settur ekonomiku ġdid marbut mal-iżvilupp…