Kif Kienet Buġibba Fl-1985!!!

Ritratt sabiħ li ttella’ fil-grupp ta’ facebook Nostalgia Malta juri karozza tal-linja bil-kulur aħdar iddur ma’ fejn illum hemm il-bank HSBC lejn il-pjazza li llum hija żona pedonali. Kemm jinbidel iż-żmien! Dan ir-ritratt jidher li ttieħed fl-1985. Ta’ min ninnutaw ftit affarijiet; il-moda tal-ħwejjeġ tan-nies fir-ritratt, it-tip ta’ fanali li hemm, it-taxi bajda, il-kjosk tal-ġelat…