Mument ta’ Indifferenza fuq il-Golgota: Xogħol Ġdid minn Adonai Camilleri Cauchi
Il-pittur Għawdxi Adonai Camilleri Cauchi ppreżenta biċċa xogħol tal-arti li turi direzzjoni kemxejn differenti minn dak li mdorrijin naraw minnu, iżda li xorta waħda mimlija emozzjoni, spiritwalità u espressjoni profonda. F’kumment personali, l-artist stqarr li din il-pittura nħadmet “mill-qalb”, u hija parti minn kollezzjoni privata tal-ħabib tiegħu Joseph Azzopardi, li żgur se japprezzaha u jgħożżha…
