Ejjew Ningħaqdu Għaliex Iż-Żmien Iebes Ma Jarax Kuluri U Partiti…

Mingħajr ma wieħed jew waħda jallarma ruħu, ilkoll nafu x’inhi s-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19. Dan huwa mument fejn ningħaqdu bħala nazzjon u nneħħu l-għamad politiku kontra xulxin. Dan huwa mument li jekk se nbatu se jbati kulħadd, jekk se ngawdu ser igawdi kulħadd. Is-sitwazzjoni hi hemm għal kulħadd u ma tarax la kuluri u qas differenzi…