Il-Ġimgħa L-Kbira Għaddiet Iżda L-Arti Marbuta Magħha Tibqa’ S-Sena Kollha

Għaliex ktibna titlu hekk?   Għaliex propju juri li bħal ma hemm nies li jistennew il-Milied sena sħiħa, jew il-festa tar-raħal, hemm ukoll dawn li jistennew il-Ġimgħa Mqaddsa b’ħerqa kbira. Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa jġib miegħu ħafna entużjażmu; mhux biss reliġjuż minħabba t-tifkira tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu imma wkoll entużjażmu kulturali, speċjalment f’dawk li għandhom…