Fil-Belt Valletta Kien Hemm Stazzjon Tal-Ferrovija

Tneħħa fl-1963   Il-Malta Railway kienet l-unika linja ferrovjarja li kien hawn fil-gżejjer Maltin; li tgħaqqad il-Belt Valletta mal-Mdina. Kienet tissejjaħ il-vapur tal-art. L-ewwel proposta biex tinbena l-linja saret fl-1870 minn J.S.Tucker. B’hekk l-ivvjaġġar bejn in-naħa u l-oħra kellu jkun ta’ inqas minn nofs siegħa. Fil-gazzetta The Malta Standard tal-1880 kien irrapurtat li pajjiżna ser…