Aktar Ħidma ta’ Tindif hekk kif pajjiżna jilqa’ l-Istaġun tas-Sajf

Bil-wasla tas-sajf u ż-żieda fl-attività f’lokalitajiet kostali popolari bħal Marsaskala u tant postijiet oħra, qed tkompli tintensifika l-ħidma ta’ manutenzjoni u tindif sabiex dawn l-inħawi jibqgħu nodfa, siguri u pjaċevoli għar-residenti u l-viżitaturi. Kull filgħodu, saħansitra qabel ma ħafna nies jibdew il-ġurnata tagħhom, ħaddiema dedikati jkunu diġà fuq il-post iwettqu xogħol essenzjali ta’ tindif fit-toroq,…