Id-DPM Ian Borg imexxi l-ewwel delegazzjoni Maltija fis-Summit tal-WTTC

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, qed imexxi l-ewwel parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta fis-Summit Globali tal-World Travel & Tourism Council (WTTC), li bħalissa qed isir f’Ruma. Is-Summit Globali tal-WTTC huwa l-iktar laqgħa annwali importanti tal-mexxejja tat-turiżmu, li tlaqqa’ flimkien ministri, uffiċjali għolja minn kumpaniji internazzjonali tat-turiżmu u l-ivvjaġġar, organizzazzjonijiet ta’…