Fuq miljun u nofs b’riżq id-Dar tal-Providenza – Poplu li jagħti b’imħabba

Ilbieraħ, fil-maratona ġbir ta’ fondi b’riżq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi nabret is-somma sabiħa ta’ €1,556,453. Somma bżonnjuża sabiex din id-dar tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha favur il-persuni b’diżabbilità. Din twaqqfet lura fl-1965 minn Monsinjur Mikiel Azzopardi. Festa ta’ ġenerożità. Is-sena t-tajba lil kulħadd.

Bosta Fondazzjonijiet Maltin Juru S-Solidarjetà Fil-Mument Tal-Prova: Marigold Bi Proġett Għal Żewġ Skopijiet

Bosta drabi nisimgħu b’fondazzjonijiet lokali li jagħmlu avvenimenti jew proġetti li jħallu effett pozittiv lis-soċjetà Maltija. Bħalissa l-Fondazzjoni Marigold għaddejja bi proġett fejn qed jinħadmu maskri tad-drapp biex dak li jkun iżomm ruħu sigur waqt il-pandemija li qed tolqotna tal-Covid-19. Iżda apparti dan l-iskop, hemm skop ieħor; li jinġabru fondi biex l-istess fondazzjoni tkun tista’…