Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Breeds of Origin Conservancy sabiex tintuża bħala sit nazzjonali għar-riċerka, ir-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni

Proprjetà pubblika f’Delimara ngħatat b’titolu ta’ kera lill-għaqda Breeds of Origin Conservancy sabiex tintuża bħala sit nazzjonali għar-riċerka, ir-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni tal-bhejjem indiġeni u l-wirt kulturali marbut magħhom. Din il-proprjetà, li tinsab fi Triq Delimara, Marsaxlokk, ġiet trasferita mill-Awtorità tal-Artijiet għal perjodu ta’ 15-il sena. Il-proġett għandu l-għan li jgħaqqad ix-xjenza mal-kultura permezz tar-riċerka u…