Aktar opportunitajiet ta’ xogħol u indipendenza għal persuni b’diżabilità

Aktar persuni b’diżabilità qed jingħataw opportunitajiet konkreti biex jiżviluppaw ħiliet importanti kemm għax-xogħol kif ukoll għal ħajja aktar indipendenti, permezz tal-programmi offruti mit-taqsima SkillUp fi ħdan Aġenzija Sapport. F’ċerimonja speċjali tqassmu ċ-ċertifikati lil dawk li temmew b’suċċess il-programmi Way to Work u Skills4Life, inizjattiva li bdiet f’Ottubru 2025 biex tilħaq aktar persuni u tgħinhom jibnu…