Marsaskala Tkompli Tissebbaħ bl-Inawgurazzjoni tal-Ġnien tal-Fajtata
Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala wara xogħlijiet estensivi ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni li taw ħajja ġdida lil din iż-żona popolari mal-familji u r-residenti. Dan il-proġett jifforma parti minn sensiela ta’ investimenti infrastrutturali li għaddejjin bħalissa f’Marsaskala sabiex il-lokalità tkun aktar moderna, aċċessibbli u attraenti għal kulħadd. Ix-xogħol fil-ġnien jinsab qrib il-Bajja ta’ San Tumas, fejn ukoll…
