Qwiel U Idjomi Marbuta Mal-Milied…

Il-Milied iservi ta’ pawża mill-ħajja ta’ kuljum… almenu dari iħjed mil-lum għaliex preżentament, din il-festa mtliet b’bosta attivitajiet li kważi kważi saru qadi li trid tagħmel ħalli ħadd ma jieħu għalih. Imma meta l-ħajja kienet aktar trankwilla, il-Milied kien ifisser waqfien mix-xogħol, rilassament u għaqda tal-familja iżjed mil-lum. Fil-ktieb ta’ J.S Manduca u Ġorġ Mifsud…