“Għal Ruħ Min Għandek Mejjet…”
Din kienet frażi popolari mmens. Tista’ tgħid li llum ġieli tintuża meta xi ħadd jgħin lil xi ħadd ieħor u tant ikun apprezza, li jgħid dik il-frażi. Iżda qabel kienet tintuża spiss mit-tallaba. Meta ma kienx hawn għajnuniet soċjali u lanqas pensjonijiet għal kulħadd, bosta ħaddiema kien ikollhom jgħixu bit-tqanċiċ jew b’xi biċċa xogħol kultant…