Ħal Qormi jilqa’ lura l-istatwa titulari ta’ San Sebastjan wara restawr estensiv

Hekk kif toqrob il-festa titulari ta’ San Sebastjan Martri, il-komunità ta’ Ħal Qormi qed tgħix b’entużjażmu kbir il-mument tant mistenni tar-ritorn tal-istatwa titulari fil-Knisja Arċipretali wara intervent estensiv ta’ restawr u konservazzjoni. Wara l-festa liturġika li saret f’Jannar li għadda, l-istatwa u l-pedestall tagħha ttieħdu għand l-induratur Horace Farrugia biex isirilhom xogħol metikoluż ta’ restawr.…