Qatta’ Halloween f’ċella – Heritage Malta qed toffrilek esperjenza differenti

Nhar il-Ġimgħa, 31 ta’ Ottubru, Heritage Malta qed toffrilek esperjenza unika fil-Ħabs il-Qadim ta’ Għawdex – post mimli stejjer misterjużi u magħruf għall-akbar kollezzjoni ta’ graffiti storiċi fil-Gżejjer Maltin. Il-programm jibda b’żjara ggwidata għad-dawl tat-torċ ġewwa ċ-ċelel, imbagħad tkompli b’avventura madwar iċ-Ċittadella. U hekk kif joqrob nofsillejl, tistgħu torqdu fil-ħabs innifsu, fost l-ismijiet, ix-xwieni u…