Bil-Filmat: Tinkiteb l-istorja fil-futbol Malti: Ħamrun Spartans fil-EUFA Conference League

Il-Ħamrun Spartans kitbu l-istorja tal-futbol Malti meta rnexxielhom jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-UEFA Conference League, u b’hekk saru l-ewwel tim Malti li qatt wasal sa dan il-livell f’kompetizzjoni Ewropea. Ilbieraħ filgħaxija, minkejja li spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra RFS f’Riga, il-Latvja, xorta waħda kienu huma li għaddew grazzi għar-rebħa ta’ 1-0 li kisbu f’Malta.…