Żgħażagħ ta’ 16-il sena jingħataw l-opportunità jiftħu kumpanija

Tħabbar qafas legali ġdid li se jippermetti liż-żgħażagħ minn 16-il sena ’l fuq jiftħu kumpanija tagħhom permezz ta’ sistema regolata u responsabbli. Din l-aħbar ingħatat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt attività fil-Kulleġġ Ġ. F. Abela Junior College. Din il-miżura, magħrufa bħala Intrapriża16, kienet diġà tħabbret fil-Budget ta’ din is-sena u għandha l-għan li toħloq opportunitajiet…