Aktar każini tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-taħriġ mużikali taż-żgħażagħ

Aktar minn 50 każin tal-banda qed igawdu minn finanzjament permezz tal-iskema ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’, b’fokus ċar fuq l-iżvilupp tat-talent żagħżugħ f’Malta u Għawdex. Din is-sena, in-numru ta’ każini li qed jibbenefikaw żdied b’mod sostanzjali, minn 33 għal 57, b’investiment totali li jaqbeż il-€130,000. Permezz ta’ din l-għajnuna, kull każin jista’ jirċievi sa €3,000…

L-għadd ta’ għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn fondi pubbliċi din is-sena tela’ għal 120, b’investiment totali li jaqbeż il-€1.1 miljun. Dan wara li 37 organizzazzjoni volontarja oħra ngħataw fondi ġodda mill-Kunsill Malti għall-Arti, b’valur ta’ €344,000, u b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda li diġà gawdew minn €800,000 aktar kmieni din is-sena. Il-finanzjament qed jingħata permezz…