Klabb tal-boċċi jerġa’ jieħu l-ħajja f’Ħal Kirkop wara snin twal ta’ abbandun

Wara kważi 20 sena mitluq, il-klabb tal-boċċi f’Ħal Kirkop reġa’ ġie rrestawrat u mibdul f’faċilità moderna u funzjonali għall-komunità. Ix-xogħlijiet estensivi li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi taw ħajja ġdida lil dan l-ispazju, li issa jista’ jintuża mill-ġdid għar-rikreazzjoni u l-isport. Il-proġett beda b’tindif intensiv tas-sit, fejn tneħħa skart akkumulat matul is-snin u saru interventi biex…