Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkompli jindirizza l-isfida tal-erożjoni kostali permezz tal-proġett Sandland
Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed isaħħaħ il-ħidma tiegħu biex jindirizza l-isfida tal-erożjoni kostali permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-proġett internazzjonali Sandland. Dan il-proġett huwa ffukat fuq il-fenomenu naturali tal-erożjoni tal-kosta, li jikkawża telf gradwali ta’ bajjiet u partijiet tax-xatt minħabba fatturi bħall-mewġ, il-maltemp, ir-riħ u ż-żieda fil-livell tal-baħar. L-inizjattiva għandha l-għan li tidentifika u timplimenta miżuri effettivi li…
