10 snin mir-rikonoxximent tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija
Din is-sena tagħlaq għaxar snin minn meta l-Parlament Malti approva b’mod unanimu r-rikonoxximent uffiċjali tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija bħala lingwa nazzjonali. Dan il-pass importanti ma kienx biss bidla fil-liġi, iżda messaġġ ċar favur soċjetà aktar inklussiva, li tirrispetta d-diversità u tagħti valur lill-komunità ta’ persuni neqsin mis-smigħ f’Malta u Għawdex. Biex tiġi mfakkra din l-okkażjoni, il-Ministru…
