Irrestawrat u ppreservat it-Torri Vendome f’Marsaxlokk
Tlesta l-proġett ta’ restawr fuq it-Torri Vendome, magħruf ukoll bħala t-Torri ta’ Qrajten jew Craite, f’Marsaxlokk, b’żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici. Dan it-torri storiku huwa wieħed minn erba’ torrijiet mibnija bejn l-1715 u l-1716 mill-Prijur ta’ Franza Philippe de Vendome, bil-għan li tissaħħaħ id-difiża tal-kosta Maltija. Il-Ministru Bonnici qal…
