Seminar mill-AKL dwar is-Saħħa Mentali jiffoka fuq kif wieħed jista’ jiffjorixxi taħt pressjoni
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Malta tellgħet seminar bit-tema “Thriving Under Pressure”, inizjattiva li tiffoka fuq is-saħħa mentali u l-bini tar-reżiljenza fil-ħajja ta’ kuljum u fuq il-post tax-xogħol. L-attività saret fl-Urban Valley Resort & Spa f’San Ġwann taħt il-kampanja “You Matter – Strengthening Minds, Building Resilience”. Is-seminar fetaħ b’messaġġ ta’ merħba minn Mr John Mallia, segwit minn…
