Messaġġ Ta’ Tama Lill-Ommijiet Speċjalment Dawk Li Uliedhom Qed Jaħdmu Kontra L-Kurrent

Flimkien mal-Kumpanija Powerhouse, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo lbieraħ ħarġu b’inizjattiva li jinxtegħel il-Palazz ta’ Selmun fil-Mellieħa bil-kuluri tal-Qawsalla; kuluri li qed jintużaw matul il-pandemija tal-Covid-19. Il-messaġġ mixtieq li jitwassal kien dak ta’ tama lill-poplu kollu, speċjalment lill-ommijiet kollha li qegħdin jissagrifikaw il-ħin ma’ uliedhom sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.…