Kont Taf Li F’Malta Hawn Il-Mużew Tal-Flus?

Malta dejjem attirat ħakkiema minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha; dan għamel lil pajjiżna ċentru rikk ta’ storja u kultura. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħa ħsieb li jfakkar il-memorja tal-istorja Maltija b’relazzjoni mal-flus li ntużaw taħt ħakkiema differenti. Dan jinsab fis-sala prinċipali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li huwa miftuħ għall-pubbliku bla ħlas fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Hemmhekk tistgħu taraw…